Lokali Parlament

Konflitt bejn il-wirt storiku u l-iżvilupp

– Marlene Farrugia, PD

Id-deputat Marlene Farrugia qalet li Heritage Malta hi responsabbli mir-ruħ tal-pajjiż partikolarment bħalissa meta l-pajjiż jinsab f’salib it-toroq għaliex fil-passat kien hemm konlfitt kbir bejn l-iżvilupp u l-ħarisen tal-wirt kulturali u storiku Malti.

F’diskors fil-parlament dwar Heritage Malta hi qalet li l-poplu Malti jrid ikun il-gwardjan tal-wirt kulturali għaliex is-Sovratendenza ma tistax tlaħħaq weħidha.

Marlene Farrugia qalet li l-pajjiż tilef iżżejjed mill-identità tiegħu u għalhekk Heritage Malta għandha tkun awtonoma biex tikkumbatti quddiem possibbiltà ta’ wirt storiku.

Dan mhux biss fil-bini u fil-kampanja iżda anki fit-tradizzjonijiet partikolarment dawk tal-festi.