– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-istress fuq il-ħaddiema, kaġunata minn xogħol part-time u impenji oħra qed toħloq problemi ta’ saħħa u sigurtà għall-istess ħaddiema.
Claudette Buttigieg qalet li hemm diversi affarijiet li jwassalu għall-istress fuq il-post tax-xogħol u sostniet li r-rapporti juru li l-ilbies protettiv mhux dejjem jintlibes. Jidher li r-relazzjoni tal-bniedem mal-makkinarju hi l-akbar kawża għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
L-OHSA twaqqfet għax Gvern Nazzjonalista kellu l-viżjoni li Malta tissieħeb fl-UE biex il-pajjiż ikollu awtorità li tikkontrolla s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-Gvern irid joqgħod attent li jagħmel distinzjoni bejn ir-rwol tal-gvern u t-tmexxija ta’ entitajiet b’mod regolatorju.
Hi tkellmet dwar ix-xogħol part-time u qalet li dan l-istress ta’ iktar xogħol qed joħloq problemi u diffikultajiet għall-ħaddiema anki fil-kuntest tat-trasport.
Hemm ħafna nies li m’humiex protetti fix-xogħol li jagħmlu fosthom dawk li huma f’kuntatt dirett mal-morda iżda m’għandhomx protezzjoni. Hi tkellemet ukoll dwar l-importanza li jkun hemm protezzjoni għall-ħaddiema fil-prekarjat.
Claudette Buttigieg tkellmet favur ix-xogħlijiet ta’ saħħa biex il-ħaddiema jkunu kuntenti fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom.
//= $special ?>