– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li hu importanti li l-OHSA taħdem b’mod awtonomu bla pressjoni mill-Gvern biex tkun tista’ tidħol f’entitajiet tal-Gvern.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-OHSA Mario Galeea semma’ l-ħruq riċenti tal-impjant ta’ Sant Antin u qal li dakinhar fl-arja madwar l-impjant kien hemm partiċelli u kimika li huma valenużi u jistgħu jikkawżaw il-kanċer.
In-nies ta’ madwar kellhom ikunu evakwati, sostna Mario Galea, li staqsa jekk marrux spetturi tal-OHSA. Dwar it-tanker tal-gass f’Marsaxlokk, l-OHSA tat l-approvazzjoni mingħajr ma kellha l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-riskji li kien hemm.
Dwar is-saħħa mentali, Mario Galea qal li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tavża li sal-2025 il-problemi ta’ saħħa mentali se tiżdied tant li se tkun ikbar minn mard ta’ dijabete u mad ieħor.
Hu qal li ħafna nies b’mard mentali ma jfittxu l-għajnuna. Fl-aħħar 40 sena is-suwiċidju żdied b’60 % fejn kull 40 sekonda xi persuna fid-dinja jneħħi ruħu f’idejh.
Hu tkellem dwar l-importanza li l-persuna li jkunu qed jirriabilitaw jingħataw l-għajnuna u jeħtieġa kampanja ta’ edukazzjoni biex il-persuni li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali jkunu assisti. Is-sidien tal-postijiet tax-xogħol iridu jkunu flessibbli ma’ dawn il-persuni u jgħinhom jirriabilitaw.
L-OHSA għandha tinvolvi ruħha iktar f’taħriġ għal min jaħdem in-nar għalkemm hemm reżistenza mill-OHSA għal dan għaliex dan hu ikkunsidrat bħala delizzju u mhux xogħol. Il-proposta hi li l-OHSA torganizza korsijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà għalkemm dawn il-korsijiet diġà jsiru.
//= $special ?>