– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li fil-pajjiż hawn problema kbira fost il-kittieba u dawk li jipproduċu kotba bil-Malti; problema li jeħtieġ tkun indirizzata biex tinstab soluzzjoni biex il-ktieb Malti jkun salvat.
F’diskors fil-parlament dwar Heritage Malta, Claudette Buttigieg qalet li l-pajjiż qed jieħu l-kultura u l-wirt storiku ‘for granted’ għaliex hawn ħafna elementi storiċi. Hi sostniet li l-wirt ġie mijiet u eluf ta’ snin ilu iżda dan jista’ jispiċċa.
Ir-responsabbiltà dwar l-edukazzjoni storika u kulturali m’għandhiex tintefa’ kollha fuq l-edukaturi iżda fuq diversi entitajiet oħra.
Il-pajjiż għad m’għandux il-livell ta’ apprezzament li għandu. Fil-pajjiż huma l-istess nies li jattendu l-attivitajiet kulturali u m’hawnx grupp kbir ta’ nies li jattendu għal dawn l-attivitajiet.
Dan iċ-ċirku kulturali mhux qiegħed jikber. Jeħtieġ li tkun inkoraġġita l-kreattività intellettwali. Il-pajjiż għandu jkun espost għal iktar wirt kulturali u għal-lingwa tal-pajjiż.
//= $special ?>