Lokali

RITRATTI: Il-performers tal-Isle of MTV 2017 … ifaħħru lil Malta u jirrimarkaw dwar is-sħana

Stennija kbira għall-Isle of MTV li llejla se jlaqqa’ folla ta’ iżjed minn 50,000 persuna waqt festival li issa sar sinonimu mhux biss max-xena mużikali lokali iżda wkoll din internazzjonali.

Raye, DNCE, Jonas Blue u fuq kollox The Chainsmokers se jkunu l-main acts ta’ din is-sena wara li fl-aħħar sena kixbu fama internazzjonali b’suċċessi diversi.

Waqt li wħud minnhom waslu fl-aħħar jiem, matul il-ġurnata tat-Tlieta waslu wkoll The Chainsmokers bil-performers kollha jitlaqgħu mal-midja u fuq kollox jitkellmu dwar is-sbuħija ta’ pajjiżna u s-sħana.

Ritratti ta’ Albert Camilleri