Wara li fl-aħħar jiem ġew adottati ħames żwiemel li kienu salvati minn RMJ’s Horse Rescue, sfortunatament ilbieraħ l-istess organizzazzjoni mhux governattiva waslilha żiemel ieħor deskritt bħala basket għadam.
Dan hekk kif Cherry, li għandha biss ħames snin, waslet fl-istess stalel tas-Salini b’nuqqas kbir ta’ nutriment, niexfa bil-kustilji kollha jidhru u wara żmien twil ma tinħasel jew il-pil tagħha ppettnat.
Dan l-aħħar każ ikompli jikkonferma kif żwiemel li m’għadhomx utli għat-tlielaq jew mhux mixtieqa iżjed, jew jinqatlu llegalment jew jitħallew imutu bil-ġuħ u l-għatx.
Min jixtieq jgħin, jew billi jadotta żiemel jew inkella joffri donazzjoni biex jgħin lis-santwarju jkompli jsalva liż-żwiemel jista’ jagħmel kuntatt ma’ RMJ’s Horse Rescue fuq 9994 7633.








