Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista tilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra tad-Deputat Therese Comodini Cachia bħala Kelliema għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tul din il-leġiżlatura. Dan ifisser li se jkun hemm kontinwità mal-ħidma li bdiet erba’ snin ilu fejn flimkien mal-istess kelliema, is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista ltaqgħet u semgħet numru kbir ta’ ħaddiema minn setturi differenti.
SĦPN tawgura lill-kelliema kollha tal-Oppożizzjoni ħidma sfieqa u kontinwa favur il-ħaddiema Maltin u Għawdxin sabiex dawn jiksbu l-aħjar kundizzjonijiet, pagi u serħan il-moħħ fl-interess tal-familji tagħhom u tas-soċjetà Maltija.
//= $special ?>

