Ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra se tara d-dħul tagħha mill-fondi pubbliċi jiżdied bi tmienja fil-mija wara li l-qligħ mill-Crown Estate – il-portfoll ta’ proprjetà u assi ( fir-Renju Unit) tal-monarkija – żdied b’24 miljun Sterlina.
B’hekk is-sistema tas-Sovereign Grant – li tħallas is-salarji għall-membri tal-istaff tar-Reġina flimkien mal-ispejjeż tal-vjaġġi uffiċjali u l-manutenzjoni tal-palazzi – għandha tiżdied b’aktar minn sitt miljun Sterlina għall-perjodu 2018/19.
Rapport iddettaljat, fl-istess ħin, żvela li l-ispiża uffiċjali netta tar-Reġina matul is-sena l-oħra żdied b’żewġ miljuni, għal kważi 42 miljun Sterlina.
Min-naħa tiegħu, Sir Alan Reid, li hu responsabbli mill-Privy Purse – il-fondi ntaxxati li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż uffiċjali tar-Reġina — insista li l-Kap tal-Monarkija Britannika ‘tirrappreżenta valur eċċellenti għall-flus’, speċjalment ladarba ‘wieħed jikkunsidra dak kollu li hi tagħmel għal pajjiżha’.
Il-mod kif il-Familja Rjali Britannika qed tuża l-flus imħallsin mit-taxxa ilu għexieren ta’ snin suġġett għall-analiżi mill-pubbliku, bis-sistema għall-finanzjament tal-monarkija mistennija tgħaddi minn reviżjoni fi żmien erba’ snin.
//= $special ?>