Lokali Parlament

Abbandun ta’ toroq fiż-Żurrieq u Ħal Safi – Toni Bezzina

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li fiż-Żurrieq u f’Ħal Safi hemm abbandun ta’ diversi toroq

Fl-Aġġornament ta’ nhar l-Erbgħa Toni Bezzina tkellem dwar Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f’Ħal Sfai u qal l minkejja li x-xogħlijiet kellhom jitlestew sal-Milied ix-xogħol għadu ma spiċċax. Ir-residenti qed ikollhom problemi kbar ta’ trab u dan mhux ġust magħhom.

It-toroq jinsabu fi stat diżastruż u x-xogħlijiet għandhom jingħataw spinta immedjata. Hu semma Triq Ħal Far miż-Żurrieq għal Birżebbuġa u qal li ilu jilmenta dwar idn it-tirq erba’ snin. Din hi l-uniku ħruġ minn wara l-mini għall-kumplament tal-pajjiż u għalhekk issa din it-triq għandha tingħata pirjorità biex jitnaqqas l-inkonvenjent tan-nies u l-periklu li din qed toħloq.

Din hi triq rurali u taqa’ taħt il-konfini tal-kunsill lokali iżda l-kunisll mhux f’pożizzjoni li jagħmel dawn ix-xogħlijiet. Irid għalhekk ikun il-gvern li jwettaq dan il-proġett importanti.

Dwar l-agirkoltura u s-sajd, Toni Bezzina qal li dawn huma setturi li minnhom jiddependu ħafna familja, partikoolrment f’Għawdex. Għalhekk il-parlament għandu jagħti l-għajnuna kollha lil dan is-settur biex dawn il-familji jkomplu javvanzaw. Il-Gvern iddeċieda li jirrelega dan is-settur għal segretarjat parlamentari

Toni Bezzina qal li fil-programmi elettorali tal-PL u l-PN hemm diversi punti ta’ qbil u hemm l-istess ideat. Għahekk dan jista’ jwassla biex il-proposti li hemm qbil fuqhom jknu attwati b’mod immedjat fejn fost dawn hemm ir-riformi fil-pitkalija biex kulħadd ikollu qligħ ġust għal xogħlu, tinbeda wkoll kampanja nazzjonali għal-labelling tal-prodott fl-agrikoltura, il-faċilità ta’ hard standing f’Marsaxlokk u l-isklin għall-opri tal-baħar. Dawn ir-riformi jiffaċilitaw il-ħajja tal-bdiewa u s-sajjieda.