Lokali

Aktar transfers bla raġuni ta’ xejn

Ikompli ċ-ċaqlieq fl-awtoritajiet governattivi

Ikomplu s-serje ta’ transfers f’diversi dipartimenti u awtoritajiet hekk kif issa beda ċaqlieq anke fi Transport Malta.

Persuna li tkellem ma’ Net News spjega kif hu ingħata transfer li sejjaħlu “vendikattiv” lejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Infrastruttura (RID). Dan meta hu kien ilu 26 sena sħaħ jaħdem mal-Malta Maritime u fl-Avjazzjoni Ċivili, u meta fadallu biss 8 xhur biex jirtira.

“Meta mort nistaqsi għaliex ingħatajt dan it-transfer, bqajt mingħajr risposta”, qalilna dan ir-raġel.

Fil-fatt, id-Direttur ta’ fuqu ma sab ebda oġġezzjoni fuqu – prova oħra li dan it-transfer ġie “minn fuq”, mill-Head Office tal-Marsa.