Lokali

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Anzjana ta’ 70 sena li toqgħod in-Naxxar ġarbet ġrieħi gravi wara li l-karozza li kienet fiha ħabtet ma’ karozza oħra. L-inċident seħħ fi Triq Bella Vista San Ġwann.

L-inċident li seħħ għall-ħabta tas-13,00, xħin għal xi raġuni l-karozza li kienet fiha l-anzjana, misjuqa minn anzjan ta’ 70 sena li wkoll joqgħod in-Naxxar, kellha impatt ma’ vettura oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti l-Imqabba.

Minħabba li l-mara sofriet xi ġrieħi, fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ xufiera ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Fuq il-post tal-inċident kien hemm ukoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku sabiex jassistu.