L-aktar artisti mistennija għall-Isle of MTV, fosthom The Chainsmokers u DNCE, ma naqsux milli jagħtu spettaklu liema bħalu fuq il-Fosos tal-Furjana quddiem eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin li ħonqu Pjazza San Publiju lbieraħ. Dawn apparti numru kbir ta’ turisti, uħud minnhom li ġew apposta Malta għall-Isle of MTV.
L-ispettaklu tal-Isle of MTV beda b’shows minn artisti Maltin, partikolarment Christabelle u The Travellers, apparti numru ta’ DJs lokali. Wara segwew artisti internazzjonali, fosthom Jonas Blue, Raye, DNCE u The Chainsmokers.
L-akbar avveniment mużikali f’Malta, u wieħed mill-akbar fl-Ewropa, kien segwit ukoll minn eluf kbar ta’ persuni li raw l-Isle of MTV permezz ta’ Facebook live (Ara l-filmati hawn taħt).

//= $special ?>