Lokali Parlament

Il-batuti u l-faqar sabu l-intoppi fis-settur tad-djar

– Edwin Vassallo

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fil-parlament qal li l-fqir u l-batut sabu l-intoppi fl-aħħar erba’ snin għaliex fid-djar il-gvern qatt ma wettaq dak li wiegħed.

Meta kien qed jitkellem dwar l-Awtorità tad-Djar, Edwin Vassalo qal li dan il-gvern illum hu kapitalista iktar milli hu soċjalista. Dan il-Gvern ta l-barkja lis-settur privat biex jagħmel il-flus, ma tax l-istess importanza biex dawk fil-bżonn ikunu mgħejjuna. Il-Gvern se jibni 680 post għalkemm mhux magħruf kif se jingħataw.

Erba’ snin ilu l-Awtorità tad-Dajr sabet pjanti għall-bini ta’ 16-il sit iżda llum il-gvern ma wettaqx il-wegħda dwar id-djar. Canvasser ta’ ministru bena iktar aktar appartamenti milli bena l-gvern Laburista.

Il-Gvern Laburista żied l-ispiża ta’ dawk li joqgħodu fl-appartamenti tal-gvern. Minn Diċembru tal-2014 hemm 3079 applikazzjoni pendenti iżda mhux magħruf kemm hu l-ammont ta’ applikazzjonijiet ġodda.

Hu staqsa x’se jiġi minn dawk il-persuni li applikaw iżda mhux se jingħataw post mis-680 post li l-gvern se jibni. Hu qal li l-gvern hu obbligat li jpprovdi s-soluzzjonijiet għaliex fl-aħħar erba’ snin il-gvern m’għamel xejn.