Lokali Parlament

Il-pajjiż għandu bżonn tindifa ġenerali – Marthese Portelli

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li l-pajjiż għandu bżonn tindifa ġenerali għaliex b’hekk il-pajjiż jattira iktar turisti ta’ kwalita b’inqas impatt fuq l-ekonomija tal-pajjiż.

Meta kienet qed titkellem fil-parlament fuq is-settur turistiku, Marthese Portelli qalet li l-politiċi jridu jippjanaw iktar fit-tul fit-turiżmu, sostniet Marthese Portelli, li sostniet li l-pajjiż għandu jattira iktra turisti ta’ kwalità.

Il-pajjiż għandu jmur lejn niċeċ partikolari bħall-konferenzi, l-agrituriżmu u t-turiżmu mediku iżda dan ma ħellewx il-frott mixteq.

Dan minkejja li dawn kienu niċeċ tajbin iżda ma kienx hemm pjani ħolistiċi.

Malta ma tistax tibqa tinbiegħ bħala Malta iżda trid issir enfażi fuq il-lokalitatjiet u l-karattri differenti tagħhom. Dwar il-konnettività, Marthese Portelli semmiet l-Air Malta u qalet li dan hu settur kruċjali u għalhekk għandu jingħata l-urġenza meħtieġa.

Hi appellat lill-Ministru Konrad Mizzi biex ikun fl-aħbarijiet għas-suċċessi pożittivi u mhux għall-iskandli tal-passat.