Lokali Parlament

Il-parlament ifakkar il-memorja ta’ Joe Casasar ‘Peppinu’

Imfakkra wkoll omm id-deputat Laburista Anton Refalo

Il-Parlament fakkar il-memorja tal-ex Segrtearju Parlametnari u Maġistrat Joe Cassar ‘Peppinu’ bil-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jirrikonoxxu l-kontribut politiku kbir li Joe Cassar ta lill-pajjiż.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Joe Cassar kien politiku li serva bħala politiku ifil-ġuidkatura. Fiż-żewġ rwoli hu qeda dmiru b’mod impekabbli. F’pajjiża persuni li jkunu servew fil-politika meta jingħataw il-fiduċja li jservi f’postjiet oħra jkunu kapaċi jiddistakkaw lilhom innfushom mill-politika u jaqdu dmirhom b’mod oġġettiv. Joe Cassar serva wkoll fil-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni fejn qatt ma ħares lejn wiċċ ħadd għax kellu irġulija politika.

Il-Prim Ministru Muscat qal li l-legat ta’ Joe Cassar meta kien segretarjat parlamentari responsabbli mill-kooperattivi meta kien hu li ta l-ħajja mill-ġdid lill-qasam tal-kooperattivi f’Malta.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li Joe Cassar kien wieħed mill-politiċi li kien jappoġġja liż-żgħażagħ. Joe Cassar hu magħruf għat-tendenzi xellugin tiegħu; tendenzi importanti ħafna għall-PN.

Peppinu kellu ruħ soċjali kbira, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li qal li Joe Cassar kien kontribut regolari fil-gazzetti partikalarment f”In-Nazzjon’. Joe Cassar kien jifli l-politika fis-sustanza u rikonoxxut li meta jidħol fuq kunċett poliitku jkun jaf x’qiegħed jgħid.

Simon Busuttil qal li Peppinu qeda l-funzjoni ta’ Maġistrat bla ebda kontroversja fejn ġibed lejh rispett u ammirazzjoni. Wieħed mill-privileġġi li kellu bħala Kap tal-Oppożizzjoni kien li nimmonina lil Joe Cassar fil-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni

L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia qal li ħadd ma kien jgħid xejn kontra Joe Cassar u kien ikun ġenltom anki id-dibattiti sħan tal-parlament. Peppinu kien persuna integra, sostna l-Ispeaker, li kompla li la persuna tkun korretta allura din tibqa’ korretta dejjem.

Il-Parlament sellem ukoll il-memorja ta’ Georgia Refalo, omm l-ex Ministru Anton Refalo bil-Prim Ministru Joseph Muscat jirrikonoxxi t-tbatija u l-uġigħ tal-ġenituri minħabba li wliedhom ikunu fil-politika.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal telfa ta’ omm hi telfa ta’ parti importanti ta’ ħajja. Bla dubju li omm Anton Refalo kineet kburija b’dak li wettaq binha u fejn irnexxielu jasal. F’Għawdex hemm għożża kbira għall-familja.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ingħaqad ma’ dawn is-sentimenti.

Id-deputat Laburista Anotn reflao irringrazzja lill-parlament għall-kondoljanzi u qal fil-ħajja kulħadd irid jimxi ‘l qudiem. Hu rrifera għall-omelija tal-Isqof fil-quddiesa ta’ ommu u qal li ommu ma kellhiex kwalifiċi universitarji iżda kienet tgħożż il-valuri tal-ħajja ibbażati fuq l-għajnuna u fuq il-familja