Lokali Parlament

Jeħtieġ attenzjoni partikolari għall-prodott turistiku Malti – Claudio Grech

Il-Gvern għandu jiffoka fuq il-prodott u għandu jsir investiment f’lukandi ġodda biex is-settur jista jkompli javvanza.

Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech meta kien qe djitkellem fil-parlament dwar is-settur tat-turiżmu.

L-investiment li għandu jsir ma jistax jibqa’ konċnetrat f’post wieħed. Il-gvern għandu jħajjar investimet fl-ospitabbiltà billi juża art u propjetà tiegħu biex iħajjar investiment biex isiru lukandi u investimenti simili f’ibliet u irħula li mhumiex direttament marbuta mat-turisti.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal fl-ewwel erba’ xhur tal-2017 kien hemm żidied sostanzjali fis-settur b’impatt parikolari ġej mill-effetti tal-Presidenza li ħalliet impatt materjali pożittiv fuq il-pajjiż. Hu qal li l-pajjiż m’għandux jibqa’ jiffoka biss fuq il-volum tat-turisti.

Fl-ewwel erba’ xhur tal-2017 in-nefqa ta’ kull persuna komparata mal-2016 niżlet minn €770 għal €713. Irid ikun ikkunsidrat li l-pajjiż għandu limitazzjonijiet infrastrutturali u għalhekk il-pajjiż għandu jiffoka fuq tkabbir fuq il-valur miżjud.

Fl-ewwel xhur tal-2015 kien hemm 31% tal-iljieli reġsitrati kienu f’akkomodazzjoni privati waqt li fl-2017 kien hmem 56% tal-iljieli f’akkomodazzjoni privati.

Dan hu messaġġ li jew it-turist qed ifittex iktar akkomodazzjoni affordabbli jew hawn nuqqas ta’ investiment u faċilitajiet konnessi mal-lukandi nnfushom.