Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li jeħtieġ li jkun hemm bilanċ bejn l-aspetti turistċi ma’ dawk tar-residenti. Hu semma l-lokalitajiet ta’ Swieqi, Pembroke u San Ġiljan u qal li dawn il-komunitjiet qed ibatu mill-effetti tat-turiżmu.
F’diskors fil-parlament dwar it-turiżmu, Karl Gouder qal li jeħtieġ jiżdied l-investiment f’dan iż-żoni fejn l-infrastruttura ta’ Pacveille qed tikkrolla.
Jeħtieġ li f’dawn iż-żoni jsir l-investiment meħtieġ fl-għajnuna tal-MTA għaliex il-kunsilli lokali għandhom riżorsi limitati. Hemm bżonn li jsiru diskussjonijiet mal-kunsilli lokali biex isir pjan dwar dak li hu meħtieġ isir fil-lokalitajiet ibbażati fuq ir-riżultati li jriud jinkisbu.
Dwar ix-xogħlijiet li jsiru fis-Sajf fil-lokaliatjiet turistiċi jidrriżulta li x-xogħol ta’ skavar qed isir għax qed jingħataw permessi speċjali għal dawn ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Dawn il-permessi qed jinaħrġu mill-MTA u għalhekk il-kunċett li għat-tliet xhur tas-sajf ma jsirux dawn ix-xogħlijiet qed jitkisser.
Dan qed ikollu effetti negattivi fuq it-turisti, sostna d-deputat Nazzjonalista. Hu tkellem dwar l-imwejjed u s-siġġijiet tal-barijiet u r-ristoranti u qal li qabel is-sidien riedu jmorru għand il-kunsilli lokali iżda issa l-kunsilli lokali spiċċaw bla saħħa bil-konsegwenza li l-ammont ta’ siġġijiet u imwejjed li qed jinħarġu issa kiber ħafna.
Hu appella għal iktar koordinament mal-kunsilli lokali u jingħataw ir-riżorsi kemm lill-kunsilli lokali kif ukoll lill-MTA.
//= $special ?>