Esperti rnexxielhom isibu tilqim għall-virus tal-komputers li nhar it-Tlieta mblokka diversi sistemi tal-kompjuters madwar id-dinja. Iżda huma għadhom ma sabux il-mod kif jimblukkawħ milli jinfirex.
Il-virus jimblukka l-kompjuter u jitlob rahan, f’dan il-każ 300 dollaru. Fost il-vittmi ta’ dan l-aħħar attakk kien hemm sptar f’Pittsburg fl-Istati Uniti kif ukoll il-bank ċentrali tal-Ukrajna kif ukoll l-aġenzija li tgħasses ir-radjazzjoni fl-impjant nukleari ta’ Chernobyl, kumpannija ewlenija taż-żejt Russa kif ukoll il-kumpannija tal-containers Maersk.
Hemm biża li dawn l-attakki qed isiru bħala prova għal attakk akbar fuq is-sistemi tal-kompjuters dinjija.
//= $special ?>