Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal fil-parlament li l-Air Malta għandha tibqa’ tal-Maltitn u m’għandhiex tinbiegħ lill-barranin.
Fil-bidu tad-diskors tiegħu Robert Arrigo kkritika l-operat tal-Ministru Konrad Mizzi bil-ftuħ tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama u qal li l-ftuħ tal-kumpaniji fil-Panama ma jitħassrux bir-riżultat elettorali.
Hu sostna li l-lista tal-gwidi għandha aġġornata u sostna li l-MTA għandha tinvesti fil-gwidi ġodda biex is-settur ikun milħuq. Jeħtieġ isiru korsijiet għall-ħaddiema li jiltaqgħu mat-turisti.
Dwar l-eco-tax, Robert Arrigo staqsa jekk hemmx pjan ta’ xogħlijiet u kemm se jintefqu fi proġetti. Hu semma Buġibba u San Pawl il-Baħar u qal li x-xogħljiet iridu jsiru b’mod tajjeb.Il-prodott Malti jrid ikun iktar nadif. L-indafa u l-affarijiet marbuta mat-toroq għandhom ikunu prijorità biex Malta tkun fuq livell ta’ pajjiżi oħra. It-turisti jiddejqu min iġebbidhom mill-ħwejjeġ biex jikkonvinċuhom jixtru.
Hu semma l-fast ferry għal Għawdex u staqsa jekk hemmx xi proċess ta’ offerti li se jsir għaliex diġa qed jingħad li din se tingħata lil xi operatur. Dwar l-Air Malta hu qal li l-Alitalia ma kinitx għażla tajba bħala sieħeb strateġiku, sostna Robert Arrigo, li kompla li l-għażla m’għandhiex tkun trust-fund għaliex l-Air Malta tispiċċa ballun fin-nofs.
Hu qal li kien hemm ħafna spekulazzjonijiet u staqsa jekk hemmx iktar impjegati fl-Air Malta. Il-PN ma jrid li l-Air Malta tagħlaq iżda l-bord tad-diretturi għandu jitħalla jaħdem. Il-ħsieb tal-PN ma kinx ikkunsidrat minkejja l-proposti pożittivi li kien hemm. L-MTA m’għandhex tgħaddi flus għall-pagi tal-ħaddiema fl-Air Malta iżda għar-riklamar għaliex hemm ħafna destinazzjonjiet li l-Air Malta tista’ topera lejhom.
Hu qal li l-Gvern jista’ jaħdem ma’ investituri Maltin li diġa invetsew miljuni fl-inudstrija basta jkun hemm ġustizzja fl-operat.
Robert Arrigo qal li ssmmew ċifri ta’ €100,000 jew E130,000 għal min jirtira kmieni wara li jkun għamel iktar minn 20 sena servizz u sostna li mhux ċar jekk il-gvern hux se jżomm il-ftehim li sar qabel l-aħħar elezzjoni.
Hu sostna li l-ħaddiema għandhom ikunu trattati bl-istess mod speċjalment jekk il-Gvern daħħal iktar nies qabel l-aħħar elezzjoni. Iż-żieda tal-festi pubbliċi se tfisser ġimgħa paga fuq il-kumpanija.
Hu awgura li l-Air Malta tibqa’ tal-Maltin u qatt ma tmur għand il-barranin. Hu appella biex kollox isir trasparenti u l-kuntratti ma jkunux pubblikati kif kienu dawk ma’ kumpaniji oħra.
//= $special ?>