Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li fl-aħħar erba’ snin, l-Awtorità tad-Djar kienet bla strateġija.
F’diskors fil-parlament dwar l-Awtorità tad-Djar, Ivan Bartolo qal li se jkun impenjat fil-ġlieda kontra l-faqar biex il-PN ikollu l-aħjar politika u qal li l-awtoritajiet huma konxji ta’ dak li qed iseħħ fis-settur tad-djar. Bla dubju li l-Gvern m’għamilx suċċess fid-djar għaliex fl-aħħar snin is-sitwazzjoni marret lura.
Hu kompla li s-sitwazzjoni saret diffiċli għall-persuni vulnerabbli li spiċċaw m’għandhomx fejn jabitaw. Għal dawk li jikru l-appartamenti bis-€600 fix-xhar qed idaħħlu eluf ta’ euros minn fuq nies li qed jaqilgħu l-ftit.
Hu kkritika l-waiting lists u qal li fl-aħħar erba’ snin ma sar xejn fis-settur tad-djar tant li l-waiting lists żdiedu. Il-Gvern naqqas il-fondi għall-Awtorità tad-Djar fejn fl-2012 il-fondi allokati kienu €3 miljuni watq li fl-2013 l-Awtorità ingħatat €1.5 miljun. Dan kuntrarjament għall-politika li kien iwettaq il-Gvern Nazzjonalista li kien iżid il-fondi lis-settur tad-djar. Mill-Awtorità tad-Djar twarrbu nies kompetenti.
Ivan Bartolo qal li dan hu gvern anti-soċjalista u qal li l-proposti li kellu l-PN kellhom l-intenzjoni li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies fil-bżonn. Aktar nies illum qed jispiċċaw f’riskju ta’ faqar b’mod speċjali l-anzjani. Hu tratta l-proposti li kellu l-PN u qal li hwn wisq prsuni li ma jifilħux iħallsu kirjiet għoljin.
Il-Gvern irid jieħu azzjonijiet bis-serjetà biex jaqta l-lita ta’ dawk li jeħtieġ dar, sostna Ivan Bartolo, li kompla li waħda mis-soluzzjonijiet għandha tkun li jkun hawn iktar djar għall-kiri. Hu qal li għandu jkun hemm miżuri fuq id-djar vojta biex ikun hmem sussidji għal min hu fil-bżonn.
Biex dan isir irid ikun hemm l-impenn politiku flimkien ma’ reġistru tal-artijiet. Jeħtieġ ikun hemm skemi implimentati beix jgħinu lil dawk fil-bżonn. L-uniku skema li ħoloq gvern Laburista kienet skema ta’ self.
Ivan Bartolo qal li ħafna familji qed jiftaqru minħabba l-prezzijiet għoljin tal-ikel. Il-PN jaqbel li għandha tkun implimentata l-proposta tal-Caritas u li l-paga minima tiżdied b’10% fuq tliet snin.
L-Awtorità tad-Djar għandha tkun impenjata biex dawk fil-bżonn jgħixu ħajja diċenti biex ħadd ma jaqa’ lura.
Ivan Bartolo qal li l-Awtorità tad-Djar hi bla strateġija u semma diversi każi ta’ persuni li jgħixu f’diffikultajiet kbar, fi djar problematiċi. Mill-Awtorità qed jgħidulhom biex imorru jikru u jingħataw sussidju. Dawn m’humiex is-soluzzjonijiet, sostna Ivan Bartolo.
//= $special ?>