Ambjent Lokali

Sfreġju ambjentali: Siġra tal-ħarrub titqaċċat fil-Mellieħa

Siġra tal-ħarrub illum waranofsinhar tqaċċtet mingħajr ebda avviż u b’mod illegali fi Triq il-Qortin il-Mellieħa.

Jirriżulta li fl-aħħar ġimgħat fit-triq beda xi xogħol ta’ manutenzjoni u dan wassal biex illum ħaddiema marru u qaċċtu din is-siġra (ħarruba), li hi protetta mil-liġi ambjentali Maltija.

Ritratt tas-siġra tal-ħarrub kif kienet tidher sa kmieni dalgħodu

Fuq il-post hekk kif ir-residenti ndunaw b’dak li kien qed jiġri mar id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar u meta talab lill-ħaddiema għall-permess, dan ma kienx fil-pussess tagħhom.

Net News jinsab infurmat li s-siġra tqaċċtet bil-kunsens tal-Kunsill Lokali kif ukoll Transport Malta.

Aktar tard fuq il-post marru wkoll il-Pulizija biex jinvestigaw dan l-isfreġju.