Torino akkwistaw lill-gowlkiper Salvatore Sirigu mingħand PSG. Fl-istaġun li għadda Sirigu kien misluf lil Sevilla u Osasuna u minkejja li kien għad fadallu sena biex jiskadilu l-kuntratt ma’ PSG dan ingħata r-release u b’hekk Torino ma ħallsu xejn biex akkwistaw is-servizzi tiegħu.
Dan it-trasferiment ifisser li Sirigu se jkun qed jirritorna l-Italja wara li diġà lagħab ma’ Palermo fis-Serie A.
Hu se jkun qed jieħu post Joe Hart li minn naħa tiegħu fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Torino b’self u issa jidher li dan se jibqa’ fl-Ingilterra.
//= $special ?>