Lokali Parlament

It-talbiet għad-djar soċjali żiedu b’16%

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-gvern jiftħar li fil-pajjiż hawn ekonomija b’saħħitha u għalhekk ħadd ma jifhem kif jekk hawn ekonomija b’saħħitha iżda fl-istess waqt jiżdiedu t-talbiet għall-akkomodazzjoni soċjali.

L-ekonomija b’saħħitha mna tfissirx li sar surplus iżda t-talbiet tad-djar soċjali żdiedu b’16%, b’aktar minn 500 s-sena li għaddiet.

Waqt id-dibattitu dwar is-settur tad-djar soċjali, Claudio Grech qal li l-Awtorità tad-Djar għandha tingħata iktar appoġġ u mhux is-sena li għaddiet isiru ftit iktar minn 130 kuntratt ġid meta hawn dawn l-eluf kollha jistennew. Hawn ħafna nies li jaffordjawx jikru propjetà.

Dwar min qed jgħix f’dawn il-postijiet, Claudio Grech qal li l-kwalità tal-ħajja f’dawn il-postijiet hi problematika. Il-gvern ma ta l-ebda soluzzjonijiet fid-djar, sostna Claudio Greech, li qal li hawn ħafna propjetà li hi vojta u għandu l-flus tas-surplus. Dna għandu jintefa’ fi-djar soċjali, appella Claudio Grech.