PORTUGALL…………….0
ĊILI……………………………0
(Iċ-Ċili jirbħu 3-0 bil-penaties)
Iċ-Ċili għaddew għall-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet wara li eliminaw lill-Portugall bl-għoti tal-penalties.
Il-logħba kienet waħda bilanċjata u wieħed irid jgħid li ċ-Ċili kienu ferm sfortunati li fl-aħħar sekondi laqtu darbtejn il-lasta u kienu ppremjati tal-isforzi tagħhom ftit wara. Din kienet l-ewwel darba li ċ-Ċili għelbu lill-Portugall.
Issa ċ-Ċili dawn jilagħbu kontra l-Ġermanja jew kontra l-Messiku fil-finali tal-Ħadd li ġej. Il-Ħadd iċ-Ċili jistgħu jirbħu t-tielet turnament maġġrui fi spazju ta’ tliet snin wara li f’dawn l-aħħar sentejn rebħu l-Copa America darbtejn. Huma dejjem rebħuha bl-għoti tal-penalties u anke lbieraħ kienu l-penalties li għenhuhom jikkwalifikaw għall-finali u fl-istess waqt jeliminaw liċ-champions Ewropej.
Ta’ min jinnota li din hi l-ewwel darba li ċ-Ċili qed jieħdu sehem f’dan it-turnament u jistgħu jirbħuh proprju fid-debutt tagħhom.
Fl-ewwel taqsima kienu ċ-Ċili li ħarġu fuq l-attakk u wara sitt minuti Vargas irċieva mingħand Sanchez imma a x-xutt tiegħu jkun imblukkat mill-gowlkiper Rui Patricio. Pornt waslet ir-reazzjoni tal-Portugall minuta wara meta Ronaldo tefa’ cross lejn Andre Silva imma x-xutt ta’ dan tal-aħħar kien wisq ċentrali biex jimpenja lil Claudio Bravo.
Il-logħba kompliet tkun waħda bilanċjata u man-nofs siegħa logħob kienu ċ-Ċili li ħolqu periklu meta Vidal, minn free kick, qassam lejn Isla imma d-daqqa ta’ ras tiegħu marret barra.
Kien fl-54 minuta meta wasal ċans taċ-Ċili meta Vidal kellu daqqa ta’ ras li marret ftit barra. Erba’ minuti wara ċ-Ċili kellhom l-akbar ċans ta’ skor meta Vargas kellu rovexxata salvata minn Patricio u mill-istess azzjoni l-Portugall għamlu kontra attakk u din id-darba kien il-gowlkiper tat-tim l-ieħor, Bravo li salva xutt b’saħħtu ta’ Ronaldo.
Wara dawn l-azzjonijiet il-logħba naqqset mir-ritmu u marret għal ħin barrani. Iċ-Ċili kienu ferm sfortunati meta fl-aħħar minuta laqtu l-lasta darbtejn permezz ta’ Vidal u Rodriguez u kellhom ikunu l-penalties li ddeċidew il-konfront.
L-eroj kien bla dubju l-gowlkiper Bravo li salva tliet penalties biex għen lit-tim tiegħu jgħaddi għall-finali.
//= $special ?>