Internazzjonali

Tkompli l-kriżi tal-immigrazzjoni fil-Mediterran

Ikomplu bla waqfien il-vjaġġi tal-immigranti mil-Libja lejn l-Ewropa hekk kif issa bnazza t-temp.

F’ġurnata biss kienu 5,000 l-immigranti li kienu salvati barra l-kosta Libjana. Bekk biex issa huma aktar minn 8,500 l-immigranti li qed jitwasslu minn bastimenti militari lejn portijiet f’Sqallija.

Dan fost tħassib kbir tal-awtoritajiet Taljani u tal-Unjoni Ewropea li dalwaqt jintilef il-kontroll tas-sitwazzjoni.

Sadattant tul il-kosta ta’ Tripli nstabu l-katavri ta’ 25 persuna, kollha immigranti li kienu qed jippruvaw jilħqu l-Ewropa.