Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella biex it-turiżmu Malti jkompli jikber b’mod nadif u għalhekk Malta m’għandhiex issir il-Panama tal-Mediterran, pajjiż li għandu skjavi tas-sess u pajjiż li fih hawn droga bla kontroll.
Meta kien qed jitkellem dwar is-stetur tat-turiżmu fil-parlament, Edwin Vassallo qal li t-turiżmu hu loġika politika u appella biex il-gvern ma jibqax reazzjonarju. Jeħtieġ li l-viżjoni f’dan is-settur tkun waħda fit-tul.
Hu qal li Malta tista’ ssir il-Panama fil-Mediterran u sostna li l-elezzjoni ma nadfittx dak kollu li kien hemm. Dak li kien ħażin għadu ħażin u l-Oppożizzjoni mhux se tieqaf titkellem fuqu.
Edwin Vassallo qal li għandhom jitjiebu l-infrastrutturi tal-lokalitjaiet u tal-pajjiż u sostna li s-suprlus ifisser li l-Gvern nefaq €260 miljun inqas. Hu kompla li dan ifisser li ma sarux proġetti meħtieġa li jeffettwaw pożittivament is-settur turistiku.
Malta jista’ jkollha diversi attrazzjonijiet fosthom li ssir post fejn tinbigħ d-droga fosthom bil-leġiżlazzjoni tal-ħaxixa. Il-Gvern irid jikkunsidra li hemm ulied il-poplu fin-nofs u jrid ikun ikkunsidrat li l-ammonti li qed jinqabdu huma kbar. Il-Mafja f’Malta m’għandhiex tingħata iktar saħħa.
Edwin Vassallo qal li Malta m’għandhiex issir attrazzjoni kif inhi l-Panama fil-Mediterran. Hu qal li s-suq tas-sess m’għandux ikun miftuħ u mhux regolat u appella għal regolamentazzjoni biex id-dinjità tal-persuni involuti tkun imħarsa għaliex qed jiħu importati persuni minn barra u wara jinteremew.
//= $special ?>