Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ serjament fin-Nadur

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mir-Rabat Għawdex, weġġa’ serjament wara li ħabat bil-karozza fin-Nadur.
L-inċident seħħ fi Triq ir-Rabat, kantuniera ma’ Triq Ta’ Xħajma, għall-ħabta tal-5.15pm.
Iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħarġuh mill-karozza.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn jinsab f’qagħda serja.

Dwar l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali.