Lokali

35 sena mill-azzjoni politika ta’ Jum l-Imnarja

Il-ħwienet magħluqa fil-festa tal-Imnarja
Infakkru t-tbatija li numru kbir ta' Maltin għaddew minnu 35 sena ilu biex jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom

Fil-festa tal-Imnarja tal-1982 eluf ta’ ħaddiema Maltin obdew id-direttiva tal-Partit Nazzjonalista – dik li jieħdu d-29 ta’ Ġunju bħala vaganza, filwaqt li n-nies li jħaddmu u li huma sidien tal-ħwienet obdew l-istess direttiva u ma fetħux.

Din id-direttiva tal-Partit Nazzjonalista ta’ 35 sena ilu kienet l-ewwel ordni ta’ reżistenza passiva fil-kampanja biex il-pajjiż jkun igvernat skont l-għażla tal-poplu u fuq l-prinċipju fundamentali tad-demokrazija – dik li Malta tkun immexxija mill-maġġoranza li għaliha vvota l-poplu.

35 sena ilu, il-Partit Nazzjonalista immexxi minn Eddie Fenech Adami, kien ta din id-direttiva tal-azzjonijiet politiċi fil-jum tal-Imnarja waqt il-mass meeting ta’ fuq il-Fosos tal-Furjana, wara li mhux biss il-Gvern Laburista kien qiegħed fil-Gvern kontra x-xewqa tal-poplu – iżda minħabba li l-Maltin kienu vvutaw favur programm elettorali li fih il-festa tal-Imnarja u festi oħra jerġgħu isiru festi pubbliċi. Dan minħabba li kien l-istess Gvern Laburista li neħħa dawn il-ġranet mid-drittijiet tal-ħaddiema Maltin.

Iżda l-Gvern Laburista kien ħa azzjonijiet ħorox fuq dawk kollha li obdew id-direttiva tal-Partit Nazzjonalista. Filfatt il-ħaddiema tal-Gvern li ma daħlux għax-xogħol dakinhar kienu ttellgħu quddiem it-tribunal u ġew sospiżi. Tal-ħwienet li ma fetħux ma tħallewx jiftħu, u ħaddiema tat-tarzna u postijiet oħra kienu ġew imsawta. B’riżultat li l-poplu Malti kien qed jiġi gvernat minn Gvern Laburista li kontinwament kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u ħa azzjonijiet sproporzjonati li affetwaw ħażin lill-bosta familji Maltin u Għawdxin.

Id-direttiva tal-Partit Nazzjonalista għall-Imnarja