Internazzjonali

Arrestati fuq terroriżmu fl-Iżvizzera

Fl-Iżvizzera ġew arrestati erba’ persuni b’rabtiet mal-ISIS hekk kif kien hemm biża’ li kienu ta’ periklu għas-sigurta` tal-pajjiż. Il-Pulizija Żvizzera ċaħdet rapporti li saru fil-media li kien instab xi splussiv waqt ir-rejds li saru.

Intqal li l-arresti f’Aubonne saru minħabba suspett li kien hemm periklu imminenti filwaqt li l-arrest l-ieħor sar f’Ġinevra.

L-awtoritajiet Żvizzeri qalu li bħalissa hemm 60 każ ta’ suspettat terroriżmu li qed jiġu investigati mill-Pulizija Żvizzera. Il-maġġoranza tal-każi kienu jikkonċernaw it-tixrid ta’ propoganda estremista Iżlamika fuq l-Internet.