Bournemouth għamlu akkwist importanti hekk kif kisbu s-servizzi tal-attakkant veteran Jermain Defore mingħand Sunderland fuq kuntratt ta’ tliet snin. Skont rapporti, Defoe li għandu 34 sena qabel it-termini personali ma’ Bournemouth ix-xahar l-ieħor, bil-ftehim tiegħu ma’ Sunderland jinkludi klawsola li jkun jista’ jitlaq b’xejn jekk ikunu relegati.
Iċ-Cherries issa għalqu t-trasferiment, b’Defoe mistenni jkollu madwar €74,000 fil-ġimgħa biex jibqa’ jilgħab fil-Premier League mat-tim ta’ Eddie Howe. Minkejja Sunderland spiċċaw l-aħħar fil-Premier League, Defore rnexxielu jiskorja 15-il gowl f’37 logħba fil-kampjonat.
Defoe hu biss wieħed minn numru ta’ plejers li mistennija jitilqu lil Sunderalnd, bil-gowlkiper Jordan Pickford diġà ffirma ma’ Everton filwaqt li Fabio Borini ngħaqad ma’ Milan.
Sunderland ingħataw il-permess mingħand Preston biex ikellmu lil Simon Grayson u jaraw il-possibbiltà li jkun il-manager il-ġdid wara li David Moyes irriżenja.
//= $special ?>