Filmat minn kameras tas-sigurtà juri lil grupp ta’ tliet żgħażagħ jitilgħu fuq il-karozzi pparkjati f’Santa Venera.
Sid il-filmati spjega wkoll li sidien tal-vetturi privati fl-istess lokalità rrappurtaw ħsarat, fosthom mirja mkissra li allegatament sfaw vittma tal-istess tliet żgħażagħ li wettqu dan l-att għal xejn b’xejn u biex jintogħġbu.
It-tliet żgħażagħ għad mhux identifikati, għalkemm ninsabu nfurmati li kien hemm min għadda xi informazzjoni lill-awtoritajiet dwar min jistgħu jkunu. Min għandu xi informazzjoni jintalab jgħaddiha lill-Pulizija, anke jekk b’mod anonimu.
//= $special ?>

