Sitt persuni kienu arrestati l-Erbgħa f’ħidma f’diversi pajjiżi Ewropej kontra l-ISIS. Kien hemm erba’ minn dawn in-nies li kienu arrestati fi Spanja, persuna oħra fir-Renju Unit u oħra fil-Ġermanja.
Il-ħidma kienet immexxija mill-Pulizija Spanjola u l-kap tal-grupp kien il-persuna arrestata f’Birmingham fir-Renju Unit – imam ta’ 44 sena. Il-grupp imbagħad kien ibbażat f’Mallorca fejn ukoll saru l-erba’ arresti fi Spanja. Fil-Ġermanja, l-arrest sar f’Dortmund u dan kien ċittadin Spanjol ta’ 28 sena. L-uffiċjali Ġermaniżi qalu li qabel l-arrest, din il-persuna ma kinitx magħrufa mal-forzi tas-sigurtà Ġermaniżi.
Intqal li s’issa ma jidhirx li kien hemm xi pjan għal xi attakk minn dan il-grupp fil-Ġermanja.
L-investigazzjoni mill-Pulizija Spanjola bdiet fl-2015 meta indunaw b’videos mill-imam li kienu jfaħħru lill-ISIS u biex is-Sirjani residenti fi Spanja jmorru jiġġieldu fis-Sirja mal-ISIS.
L-awtoritajiet Spanjoli qalu li minn Ġunju tal-2015 s’issa, fi Spanja kienu arrestati 178 persuna suspettati li huma membri tal-ISIS.
//= $special ?>