Internazzjonali

L-Italja thedded li tgħalaq il-portijiet tagħha għall-immigranti

L-Italja qalet li hemm possibbilta li twaqqaf  vapuri milli jwasslu immigranti fil-portijiet tagħha. Dan fost akkużi mill-Prim Ministru Paolo Gentiloni li pajjiżi Ewropea li m’huma jagħmlu xejn biex jgħinuhom.

Madwar 10,000 persuna huma mifhuma li twasslu fl-Italja mill-Affrika ta’ Fuq fl-aħħar erba’ t’ijiem. Iktar minn 73,000 immigranti diġa daħlu fl-Italja din is-sena, b’żieda ta’ 14% ikkumparat mas-sena l-oħra. Madwar 2,000 mietu f’dawn il-vjaġġi s’issa, bil-maġġoranza jkunu waqt vjaġġi li bdew mil-Libja.

L-eks Prim Ministru, Matteo Renzi qal li t-Taljani jinsabu rrabjati u kien hemm bżonn li ssir strateġija ġdida. Il-Kummissarju Ewropej għall-Imigrazzjoni, Dimitri Avramopoulos, iltaqa’ ma’ Maurizio Massari, ir-rappreżentant Taljan fl-UE,  biex jiddiskuti din il-kriżi. Qal li wasal iż-żmien li membri stati tal-Unjoni Ewropea jgħinu b’mod finanzjarju lill-Italja jekk ikun hemm bżonn.