Lokali

Luttu f’Ħal Safi għall-mewt ta’ Pietru Pawl Busuttil

Wara li tħabbret il-mewt ta’ Pietru Pawl Busuttil, matul il-ġurnata tal-Ħamis f’Ħal Safi kien jiddomina s-skiet u luttu b’rispett lejn il-bniedem li ta ħafna mhux biss lil Ħal Safi imma anke lill-pajjiż.

Pietru Pawl Busuttil, il-bniedem  li fl-1986 sofra l-ingustizja tal-frame-up meta fir-razzett tieghu f’Hal Safi poggewlu l-arma li biha nqatel Raymond Caruana, miet fl-Isptar Sir Anthony Mamo wara li kien ilu jbati mill-marda tal-kanċer. Hu kellu 74 sena.

Matul il-jum f’Ħal Safi fil-każin tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-ktieb tal-kondoljanzi fejn kienu bosta dawk li ffirmaw il-ktieb u tawh it-tislima taghhom.

Waqt li NET News kien f’Ħal Safi iltqakna ma’ Alexis Callus, is-segretarju tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Safi. Alexis spjega kemm Pietru Pawl Busuttil ta għal Ħal Safi. Alexis spjega wkoll li Pietru Pawl Busuttil kien ta’ ispirazzjoni fuq bażi nazzjonali.

Pietru Pawl Busuttil se jingħata l-aħħar tislima l-Ġimgħa fejn il-funeral ser isir fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Safi u jibda fl-erbgħa neqsin kwart ta’ wara nofsinhar.

Sadattant kull min jixtiq jiffirma l-ktieb ta’ kondoljanzi dan se jibqa’ fil-każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Ħal Safi sa għada sal-ħamsa ta’ filgħaxija.