Internazzjonali

In-NATO f’ħidma kontra l-attakki fuq l-Internet

Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, qal li hemm bżonn li tissaħħaħ id-difiża kontra cyber attacks. L-aħħar attakk kbir sar nhar it-Tlieta u affettwa diversi kumpaniji u aġenziji kbar.

L-attakk kien tat-tip ransomware kien virus fejn il-files fil-kompjuter jiġu magħluq u jintalab ħlas għall-aċċess mill-ġdid. Attakk simili sar xahar ilu li affettwa aktar minn 200,000 kompjuter f’150 pajjiż differenti.

Il-Ministri tad-Difiża tan-NATO sejħu laqgħa dwar din il-problema. Il-mexxejja tan-NATO kienu poġġew l-internet fuq l-istess livell tal-fergħat militari tal-ajru, art u baħar.

In-NATO għinet ukoll lill-Ukrajna hekk kif dan l-attakk affettwa diversi setturi fosthom il-bank ċentrali f’Kiev, l-ajruport ewlieni u s-sistema tal-metro.