Internazzjonali

Prijorità lis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru desinjat tas-Serbja, Ana Brnabic, qalet li l-Gvern li se tmexxi se jkollu s-sħubija fl-Unjoni Ewropea bħala prijorità flimkien mal-modernizzazzjoni tal-pajjiż.

Brnabic qalet lill-Membri Parlamentari Serbi li l-Gvern tagħha kien se jmexxi politika barranija bilanċjata billi jfittex relazzjonijiet tajbin kemm mar-Russja u ċ-Ċina kif ukoll mal-Istati Uniti.

Il-Parlament Serb mistenni japprova l-Gvern il-ġdid aktar tard din il-ġimgħa. Jekk dan iseħħ, Brnabic se ssir mhux biss l-ewwel Prim Ministru mara, imma anki l-ewwel Prim Ministru omosesswali. Fil-Gvern il-ġdid, hi se tkun qed iżżomm ħafna Ministri li kien hemm fil-Gvern immexxi minn Vucic.

Fid-diskors tagħha, Brnabic qalet li l-Unjoni Ewropea kienet tirrappreżenta l-valuri komuni tas-Serbja, u li dan kien il-post fejn kellha tkun is-Serbja.