L-Imnarja, waħda mill-eqdem festi li ilhom jiġu ċċelebrati fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Din il-festa tradizzjonali, tfakkar żewġ qaddisin importanti għar-reliġjon Nisranija; San Pietru u San Pawl. Illum din il-festa m’għadhiex tiġi ċċelebrata f’kull raħal kif kien isir fil-passat, iżda minflok festa differenti tiġi organizzata ġewwa l-Buskett.
Fid-29 ta’ Ġunju, r-raħħala jmorru l-Buskett sabiex itellgħu l-bhejjem tagħhom għall-wirja. Wara nofsinhar tintlaħaq il-qofol tal-festa hekk kif isiru t-tiġrijiet tal-bhejjem; żwiemel, hmir u bgħula, tradizzjoni li ilha tintiret fil-wirt kulturali tagħna minn żmien il-Kavallieri. Fi żmien l-Kavallier, kien il-Gran Mastru stess li jipremja l-Palju lir-rebbieħa.
Apparti l-aspett raħħal, f’din il-festa wkoll naraw sezzjoni agrarja, fejn issir il-wirja tradizzjonali. Ikun hemm ukoll it-tisjir tal-istuffat tal-fenek u fenek moqli fit-tewm, flimkien ma’ ikel ieħor, inbid u għana mal-kitarri.
Il-kelma’l-Imnarja’ oriġinat mill-festa Rumana ta’ ‘Luminaria’, li fit-tifsira letterarja tagħha tfisser tixgħel. Dan hekk kif il-mod kif il-poplu Malti fiż-żminijiet mgħoddija kien jiċċelebra din il-festa partikolari, kien billi jixgħel numru ta’ fjakkoli u anke ħġejjeġ tan-nar.
Ara aktar ritratti hawn:
//= $special ?>