Internazzjonali Kurżitajiet

Tħabbret il-mewt tal-attur Nyqvist ta’ The Dragon Tattoo

Tħabbret il-mewt tal-attur Żvediż Michael Nyqvist, magħruf l-aktar għall-parti tiegħu fil-film ‘The Girl with the Dragon Tattoo’.

Nyqvist kellu 56 sena u kien ilu sena jbati minn kanċer fil-pulmun. Nyqvist ħadem ukoll f’diversi films oħra ta’ suċċess, fosthom ‘Mission: Impossible – Ghost Protocol’, ‘John Wick’ kif ukoll ‘Colonia’.

Nyqvist kiteb ukoll ktieb ta’ suċċess, ‘Just After Dreaming’, fl-2010 dwar it-trobbija tiegħu bħala tifel adottat u kif kien sab il-ġenituri bioloġiċi tiegħu.

Qabel il-mewt tiegħu, Nyqvist temm jaħdem parti fil-film ‘Hunter Killer’ flimkien ma’ Gerard Butler u Gary Oldman, kif ukoll ‘Kursk’ ma’ Colin Firth u Matthias Schoenaerts.