Ir-reġim tal-Korea ta’ Fuq wiegħed li kien se joqtol lill-eks-President tal-Korea t’Isfel, Park Geun-hye (ritratt), kif ukoll dak li kien il-kap tas-servizzi sigrieti tagħha. Dan għaliex intqal li hi kienet ordnat il-qtil tal-mexxej ta’ Pyongyang, Kim Jong-un. Park kienet tneħħiet mill-poter f’Marzu minħabba korruzzjoni u abbuż ta’ poter u issa għaddejja proċess f’Seoul.
Pyongyang diġà kien talab għall-estradizzjoni ta’ Park u l-eks kap tas-servizzi sigrieti tagħha, Lee Byoung Ho. F’Mejju, ir-reġim akkuża lill-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel li kienu ppruvaw joqtlu lil Kim permezz tal-armi kimiċi u bijoloġiċi.
Hu mifhum li s-servizzi sigrieti ta’ Seoul kienu qed jaraw il-possibbiltà li l-qtil ta’ Kim iseħħ permezz ta’ dak li jidher li jkun inċident jew meta ikun qed jivvjaġġa mill-art jew il-baħar. Dan peress li jekk ikun hemm ħjiel li hu jinqatel, dan ċertament kien iwassal għal ritaljazzjoni militari mir-reġim ta’ Pyongyang. Jidher iżda li l-pjan kien abbandunat minħabba s-sigurta kbira li hemm madwar Kim.
//= $special ?>