Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’argument f’San Ġiljan

Kmieni dalgħodu żagħżugħ Libjan ta’ 20 sena minn tas-Sliema weġġa’ gravi wara li kien involut f’argument bejn diversi persuni fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

L-argument seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu. Jirriżulta li waqt l-argument iż-żagħżugħ Libjan sofra ġrieħi serji f’wiċċu.

Fuq il-post waslu Pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa ż-żagħżugħ l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.