Lokali Mużika

AWDJO: Kevin Borg mill-ġdid l-ewwel fil-Ġappun

Kevin Borg ikompli jikseb is-suċċessi. L-ewwel fil-klassifika għal darb'oħra.

Mill-ġdid, l-kantant Malti Kevin Borg reġa’ kiseb suċċess ieħor bil-mużika tiegħu fil-Ġappun. Dan hekk kif il-mużika tiegħu reġgħet spiċċat fil-quċċata tal-klassifika mużikali fil-Ġappun. Dan permezz tal-kanzunetta Tsunagu li Kevin Borg kiteb u pproduċa għall-grupp mużikali Arashi.

Il-grupp irnexxielu jbiegħ diġà 300,000 kopja ta’ din il-kanzunetta. Il-grupp s’issa biegħ total ta’ aktar minn 30 miljun album. Fil-passat riċenti Borg kien fil-quċċata tal-klassifika permezz ta’ kanzunetti oħrajn fosthom Sweat u Saxophone.

Dan ikompli mas-suċċessi tal-kantant, peress li anke fl-Ewropa, Borg kellu tmien darbiet oħra fejn kanzunetti li kanta hu personali, laħqu l-quċċata tal-klassifiċi Ewropej.

Borg qalilna li s-suċċessi żgur mhux se jiefqu hawn, dan hekk kif il-kantant Malti rnexxielu wkoll li din il-kanzunetta li tinsab fil-quċċata fil-Ġappun se tintuża wkoll għall-produzzjoni ta’ film.

Huwa qalilna wkoll li jinsab ferm sodisfatt bin-numru ta’ Maltin li qed jagħtuh appoġġ hekk kif huma l-ħafna kummenti sbieħ li qed jirċievi wara dan is-suċċess.