Nhar it-Tlieta li ġej, 4 ta’ Lulju, se jsiru l-elezzjonijiet każwali fl-Uffiċċju Elettorali fil-Belt biex jimtlew postijiet ta’ kunsilliera f’Kunsilli Lokali li kienu eletti fil-Parlament fl-elezzjonijiet ġenerali tat-3 ta’ Ġunju.
Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet żewġ nomini ta’ Jesmond Gauci u Martin Pace biex jikkontestaw l-elezzjoni każwali għall-post fil-Kunsill Lokali ta’ Mosta li tħalla mill-eks-Sindku Nazzjonalista, Ivan Bartolo. L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali ser isir fin-12.30pm.
Elezzjoni Każwali oħra se ssir fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa wara r-riżenja ta’ Hermann Schiavone. Din l-elezzjoni każwali se tkun ikkonestata minn Johann Borg u Antoinette Vella. L-għadd tal-voti ser isir fil-11.30am.
Għall-elezzjoni każwali fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun hemm kandidat wieħed, Joseph Azzopardi, li se jkun qiegħed jieħu post id-Deputat Laburista Clayton Bartolo. L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni każwali ser isir fl-10.30am.
Il-Kummissjoni Elettorali ma rċeviet ebda nomina biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tan-Naxxar wara r-riżenja ta’ Maria Deguara minn Sindku.
//= $special ?>

