Fil-Ġermanja, ġiet approvata l-liġi li se tagħti d-dritt taż-żwieġ lil koppji tal-istess sess. Sa issa fil-Ġermanja kien hemm il-liġi tal-unjonijiet ċivili.
Din ir-riforma se tagħti wkoll dritt għall-addozzjoni tat-tfal minn koppji gay.
Ftit tal-jiem ilu l-Kanċillier tal-Ġermanja ma baqgħetx topponi l-idea li jkun hemm dan it-tip ta’ żwieġ, u allura għamlitha aktar faċli sabiex tinkiseb maġġoranza Parlamentari.
Ħafna qed iqisu dan il-vot fil-Bundestag bħala wieħed storiku. 393 deputat ivvutaw favur, 226 ivvutaw kontra filwaqt li 4 astjenew.
//= $special ?>