Fi sħana qawwija, bdiet id-disa’ edizzjoni tal-maratona ta’ 53 siegħa volleyball, sagrifiċċju biex jinġabru flus b’risq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Dwar l-isfidi ta’ din il-maratona tkellimna mal-plejers fejn ilkoll sostnew il-messaġġ tagħhom ta’ għajnuna lejn id-Dar tal-Providenza. Waħda mill-voluntiera qaltilna li forsi il-maratona tieħu 53 siegħa, madanakollu il-ħidma ta’ din id-dar hija tul is-sena kollha
Fr. Martin Micallef id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, ħeġġeġ lill-Maltin u Għawdxin biex jibqgħu jgħinu lid-Dar tal-Dar fejn dejjem kienu ta’ kuraġġ sostenn lejn il-ħidma ta’ din id-Dar filwaqt li rringrazzja lill-voluntiera li ta’ kull sena jgħinu fil-ħidma ta’ din ir-residenza.
Il-maratona infetħet mill-Aġent President ta’ Malta Dolores Cristina li tkellmet dwar il-ħidma indispensabbli li twettaq id-Dar tal-Providenza.
Biex din il-maratona tkun suċċess, jipparteċipaw 300 voluntier flimkien ma’ 40 plejer.
L-ispejjeż tad-Dar tal-Providenza huma kbar tant li din teħtieġ €4 miljun fis-sena biex tibqa għaddejja twettaq il-proġetti. Bħalissa fid-Dar tal-Providenza hemm mal-110 resident.
Tul it-53 siegħa ta’ maratona fis-Siġġiewi li se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd li ġej se jkun hemm diversi attivitajiet għall-familja kollha, dan fl-istess waqt li wieħed jagħti l-appoġġ il-plejers li se jkunu qed jilgħabu mal-ġurnata u mal-lejl fi sħana u kundizzjonijiet diffiċli.
//= $special ?>