Raġel Pollakk ta’ 45 sena, tilef ħajtu llum waranofsinhar wara li sab ruħu f’diffikultà f’Kemmuna, waqt li kien qiegħed jgħum fil-Blue Lagoon.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’Kemmuna.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet wara ftit ħin.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija ta’ Kemmuna, irriżulta li raġel ittella’ mill-baħar minn lifeguards wara li kien sab ruħu f’diffikulta. Il-membri mill-Emergency Response & Rescue Corps’ (ERRC) kienu fost dawk li assistew lill-Pollakk.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Paul Coppini li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
//= $special ?>