Kultura Lokali

FILMAT: Torri għoli 38 metru u ċirku b’dijametru ta’ 21 metru f’Ħal Luqa

Torri għoli 38 metru u ċirku kbir b’dijametru ta’ 21 metru, din l-istruttura se tispikka fil-festa titulari tal-Appostlu Sant’Andrija. Struttura b’ammont kbir ta’ nar mis-St. Andrew Band Fireworks Factory.

Spettaklu fejn l-inġinerija, in-nar, it-teknoloġija u l-mużika jingħaqdu flimkien sabiex joffru spettaklu uniku.

L-ispettaklu li se jittella’ għada se jkun spettaklu piromużikali, Pyrostars Revolutions.

L-ispettaklu se jsir is-Sibt fid-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Gudja, quddiem iċ-ċimiterju ta’ Ħal Luqa.