Lokali Parlament

Għandha tinżamm l-etika f’kull ħin tal-proċess tal-IVF

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li hu mportanti li jkun hemm etika f’kull ħin ta’ adn il-proċess tal-IVF biex jintlħaqu livelli mistoqqha f’dawn is-sitwazzjonijiet. Jeħtieġu linji gwida f’dawn is-sitwazzjoni fejn l-tika għandha tingħata importanza assoluta.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-embrijuni huma potenzjalment nies umani ġodda.

Dan is-settur għandu regolat bla preġudizzji fil-qasam tas-saħħa pubbliku u anki fil-privat. Dan hu pass utili li ġab is-saħħa pubblika ifl-pajjiż ‘l quddiem għaliex illum kemm il-pazjenti kif ukoll l-embrijuni huma sorveljati mill-qrib.

L-Awtorità tassigura li t-tobba u l-paramaedici u l-persuni involuti jsegwu prattiċi ta’ etika għaliex il-bioetika hi tant importanti f’dan is-settur sensittiv u kontroversjali.

L-Awtorità tħares u tirregola ak li jkun qed seħħ u għandha rwol importanti li tiġbor l-informazzjoni biex isiru l-paraguni bejn dak li jsir f’Malta u dak li jsir barra mill-pajjiż. Dan iwassal biex is-servizzi tas-saħħa jkunu irfinuti.

Stephen Spiteri qal li dan hu avvanz kbir fil-qasam tax-xjenzi u sostna li minkejja t-teknoloġiji, mhux kull teknolo;gija tgħodd għall-pajjiż tagħna. Għalhekk il-pajjiż għandu janalizza x’inhu l-aħjar għall-pajjiż biex kuladd jibbnefika. L-infertilità hi problema serja u hi piż kbir għaliex toloq impatt kbir anki ta’ saħħa u għalhekk il-koppji involuti għandhom jingħataw l-appoġġ psikoloġiku meħtieġ.

Id-deputat Nazzjonalista qal li n-numru ta’ IVF żdied għalkiex is-servizz daħal bl ħlas iżad trid issir kunsiderazzjoni li dejjem tintuża l-istess riga għaliex is-servizz qed jolqot lill-persuni. Hu importanti għalhekk li jkun hemm regoli riġidi.

Is-sistema qed twassal għar-riżulttai iżda trid isir ħidma ikbar biex jinkisbu riżultati aħjar. L-iffriżar tal-embrijuni se jġib miegħu diversi kwistjonijiet ta’ importanza li għandhom ikunu kkunsidrati bi pirjorità.