Il-Gvern Malti naqas milli josserva d-data tas-26 ta’ Ġunju illi kienet id-deadline mogħtija mill-Unjoni Ewropea sa meta kellha tiġi implimentata r-raba’ Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus. Dan ġie żvelat illum f’artiklu ppubblikat mit-Times of Malta.
Id-Direttiva tal-UE hija intiża sabiex ikun hemm regoli aktar stretti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fost il-pajjiżi kollha tal-UE.
Il-Gvern Malti għadu jrid idaħħal dawn ir-regoli fil-liġi, bil-ħsieb tal-UE jkun illi jiżdiedu l-kontrolli fuq il-klijenti tal-banek u intermedjarji finanzjarji. Id-Direttiva torbot lill-intermedjarji u l-banek iwettqu analiżi stretta tal-klijenti tagħhom bil-għan li jiġu miġġielda kemm il-ħasil tal-flus kif ukoll il-finanzjament ta’ atti terroristiċi.
F’kummenti lit-Times, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal illi l-Gvern suppost se jamalgama din id-Direttiva fil-liġi Maltija sa qabel il-Parlament jieqaf għall-vaganzi tas-Sajf.
Kien is-sena li għaddiet meta fuq livell Ewropew ħraxet il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. U dan wara li kien faqqa l-iskandlu tal-Panama Papers.
//= $special ?>