Lokali Parlament

Imħasseb b’diskors tal-PM dwar l-iffriżar tal-embrijuni…ma nintroduċux il-qtil

– Godfrey Farrugia, PN

Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia qal li hu inkwetat b’diskors li għamel il-Prim Ministru dwar l-iffriżar tal-embrijuni u appella biex fil-paijjż ma jkunx legalizzat il-qtil tal-ħajja umana fl-embrijuni iffriżati.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament, Godfrey Farrugia qal li l-ewtanasja mhix dritt fundamentali tal-bniedem. Hu qal li hu kburi li kien il-ministru li implimenta t-tliet fażijiet tal-IVF u li hu waqaf l-Awtorità. Id-deputat tkellem dwar l-għarfien tal-embrijun u dwar iċ-ċiklu tal-familja.

Godfrey Farrugia qal li f’Malta l-embrijun jitqies bniedem u bħala tifel jw tifla u għalhekk meta jintqal li se jintroduċi l-iffriżar tal-emrbijuni jġib tħassib. Hu qal li għadu mħasseb dwar id-diskors tal-Prim Ministru f’dan is-sens.

Godfery Farrugia qal li ma jistax ikun hemm drittijiet ċivili meta l-bniedem ma jkunx protett meta dan kun fl-aktar mument vulnerabbli ta’ ħajtu. Kien ta’ għajb li l-istrutturi Laburisti tal-FŻL u tan-nisa Laburisti intużaw biex ikun promss dan il-kunċett. Il-ħażin hu minnu nnifsu ħażin.

It-teknika xjentika ma tiggarantixxix li l-embrjuni jgħixu meta jkun iffriżati. L-għażla ta’ liema żewġ embrijuni se jkunu implantati u t-tlieta li se jkunu iffriżati hi proċess fejn l-ugwaljanza mhux dejjem se tkun rispettata.

Godfrey Frarugia sostna l-PL naqas għax staħa jispjega dan il-fatt għax beża’ li jitlef fil-voti. Id-deputati tal-gvern għandhom jixtrarru sew.

Hu qal li se jipproponi li jitwaqqaf pro-life goup favur l-inklużjoni u d-drittijiet tal-ugwljanza u appella biex ikun hemm diskussjoni. Godfrey Farrugia appella biex ma jkunx introdott qtil.