In-Nazzjon tiżvela kif il-Pulizija wkoll qed tinvestiga allegat każ ta’ match fixing bejn Qormi FC u Vittoriosa FC f’logħba li ntlagħbet f’April tal-2011. In-Nazzjon ippubblika informazzjoni li turi li l-Pulizija għandha recordng li hu differenti minn dak li kien żvelat fl-aħħar jiem b’rabta mal-investigazzjonijiet li qed isiru fuq l-istess każ mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA).
Ritratt sabiħ fl-ewwel paġna tal-ġurnal juri l-festa li l-Pawlini fil-Belt Valletta ċċelebraw ilbieraħ biex fakkru l-1,950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl – ċelebrazzjoni differenti li saret fis-sħana li joffri s-sajf Malti meta mqabbel max-xahar ta’ Frar li fih il-parroċċa ta’ San Pawl fil-Belt tiċċelebra l-festa tradizzjonali ta’ kull sena.
Stejjer oħrajn jittrattaw l-open days fl-MCAST, il-festa tal-Imnarja, ix-xogħol li qiegħed jagħmel il-Kumitat PANA fil-Portugall u rapporti b’rabta mad-dibattitu li għaddej din il-ġimgħa fil-Parlament.
Fil-paġni tal-opinjonijiet hemm l-analiżi politika ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa ta’ Joe Zahra, u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.
L-editorjal jagħti tislima xierqa lil Pietru Pawl Busuttil, li jitfisser mill-ġurnal bħala eroj fis-skiet.
//= $special ?>